Il-qtil ta' Baldacchino: Sentenza sospiża għax aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu - TVMnews.mt
Stephen Caruana (45) shot and killed Neville Baldacchino at home on 2008-12-19 with a senter (four shots). Jury convicted; court suspended sentence, citing self-defence.
Fi tmiem ġuri dwar omiċidju, Stephen Caruana missier ta' erbat itfal ta' 45 sena minn Ħal Qormi ġie kundannat sentenza sospiża għall-qtil tas-sieħeb ta' martu wara li l-ġurati qiesu li r-reat kien skużabbli għax aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu.
Il-każ kien żvolġa fid-dar tal-akkużat, għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu, wara li martu kellha relazzjoni mal-vittma fl-istess residenza/ Mill-akkuża joħroġ li l-akkużat, Stephen Caruana, kien sema' xi passi, qam u qabad is-senter, ikkargah u tela' fis-sular ta' fuq fejn spara u qatel lil Baldacchino/.